Awguri Vanessa!

L-isbaħ xewqat lill-attriċi Vanessa Cassar li llum qed tiċċelebra għeluq it-48 sena. Twieldet bħal-lum, il-21 ta’ Lulju tal-1972.

Bla dubju li l-attriċi tibqa’ assoċjata mal-karattru ta’ Miss Catherine fis-sensiela Santa Monika. Hi filfatt waħda minn ħames atturi li ħadmu fis-sensiela mill-bidu tagħha fl-2005 sat-tmiem tagħha fl-2019.

Fil-karriera tagħha ħadmet f’diversi produzzjonijiet fosthom Għall-Paċi u Għall-Mistrieħ li bħalissa qed terġa’ tixxandar, kif ukoll fir-remake ta’ Is-Salib tal-Fidda kif ukoll kienet tinterpreta wkoll lil Claire fis-sensiela F’Salib It-Toroq.

Vanessa hija wkoll omm iċ-ċkejken Sean Karol, li wkoll deher f’xi puntati mill-aħħar staġun ta’ Santa Monika.

Vanessa Cassar ma’ binha, Sean Karol

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.