Awguri u appelli lill-Prim Ministru l-ġdid

Hekk kif Dr Joseph Muscat ġie elett Prim Ministru ta’ Malta, wasslu ukoll diversi awguri, u appelli mill-Alternattiva Demokratika.

Iċ-Chairperson tal-AD appella lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex issir ‘ġustizzja storika’ u l-Alternattiva tingħata r-rappreżentanza mistħoqqa. Michael Briguglio qal li l-5,500 vot li ġabet l-AD taqbeż il-kwota neċessarja biex jinkiseb siġġu fil-Parlament.

Intant, il-President Franċiż Francois Hallande awgura lill-Prim Ministru Malti ġdid. L-awguri waslu ukoll mill-Union tal-Psikoloġisti Professjonisti u mill-għaqda Kaċċaturi San Ubertu.