L-attur Trevor Mizzi li ħafna jafuh bħala Terrence fis-serje komika Klassi Għalina llum qed jiċċelebra għeluq it-38 sena tiegħu. Twieled bħal-lum, l-14 ta’ Lulju tal-1982.
Apparti li jirreċta, Trevor Mizzi huwa wkoll ku nsillier fil-Birgu. Fil-passat kien jokkupa wkoll il-kariga ta’ Viċi-Sindku fl-istess lokalità.
Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu għand is-sorijiet Karmelitani fil-Birgu, fejn kompla fl-iskola Primarja Santu Rokku tal-Birgu. Minn hemm ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-iskola Ġuzè Despott Verdala Junior Lyceum. Wara attenda fil-Higher Post Secondary fin-Naxxar.
Bħala attur huwa ħa sehem ukoll f’rock operas bħal Jesus Christ Superstar, We Will Rock You, u Phantom of the Opera, kif ukoll ħa sehem f’films għaċ-ċinema bħal Maltageddonu MaltaForce.
Lil Trevor se nkunu qed narawh ukoll fiċ-ċinema fl-aħħar kapitlu ta’ Klassi Għalina, f’film bl-isem ta Klassi Għalina Vs Dragula. Id-data tal-ħruġ ta’ dan il-film għad trid titħabbar.
F’okkażjoni ta’ għeluq sninu, kienu bosta dawk li awgurawlu l-isbaħ xewqat, fosthom ukoll it-tim tas-sensiela Klassi Għalina.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.