Awguri Tania!

L-isbaħ xewqat lill-attriċi Tania Scicluna li llum qed tiċċelebra għeluq it-48 sena tagħha. Twieldet bħal-lum is-26 ta’ Awwissu tal-1972. Lil Tania narawha fir-repetizzjonijiet tas-sensiela Ipokriti fejn tinterpreta l-karattru ta’ Alice.

Tanta twieldet f’Melbourne fl-Awstralja u hija l-iżgħar fost il-ħames ulied ta’ Joseph u Doris. Qabilha hemm Therese, Christine, Alex u Stefan.

Apparti li hija attriċi, Tania taħdem f’Mater Dei. Kisbet id-diploma ta’ qabla (midwife) u ilha snin taħdem f’dan is-settur.

Bħala attriċi bdiet meta kienet l-iskola u fl-1990 ingħaqdet mal-MTADA. Matul is-snin ħadmet f’numru ta’ produzzjonijiet teatrali u fost l-oħrajn rajnieha bħala Lucy Cacciatolo f’Bla Kondixion.

Fuq it-televiżjoni ħadmet ukoll f’diversi produzzjonijeit oħra fosthom Simpatiċi u Villa Sunset. Hija kienet ukoll ħadmet il-parti ewlenija fil-film Il-Madonna taċ-Ċoqqa ta’ Elio Lombardi.

Tania Scicluna bħala Lucy cacciatolo fi Bla Kondixin

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.