Awguri Sharon!

L-isbaħ xewqat lill-awtriċi u attriċi Sharon Calleja, li bħalissa qed narawha fir-repetizzjonijiet tas-sensiela Rubini kull nhar ta’ Erbgħa fuq l-istazzjon Net. Sharon illum qed tiċċelebra għeluq it-42 sena tagħha. Twieldet bħal-lum l-20 ta’ Lulju tal-1978.

Sharon, li hija mix-Xagħra. Għawdex, ftit żmin ilu ppubblikat ukoll ir-rumanz ta’ Rubini, ibbażat fuq is-serje li keinet ħolqot hija stess. Dan ma hux l-ewwel rumanz li hija ppublikat għax qablu ħarġet ukoll Ċagħaq, Friefet, Kaxxa Daqq u Pupa tal-Porċellana.

Sharon idderiġiet ukoll Ħażen u Mrar, li wkoll qed jerġa’ jixxandar bħalissa. Hija wkoll kitbet is-sensiela Eklissi. Kienet ukoll tippreżenta l-programm Corpus Delicti.

Hija trabbiet il-Kanada u l-imħabba tagħha lejn il-kitba bdiet turiha fl-età ta’ tmien snin. Kienet tikteb stejjer u poeżiji u tqassamhom lil sħabha tal-klassi beix jaqrawhom. Ta’ 12-il sena bdiet ukoll titħarreġ f’kors tal-kitba f’Londra.

Fl-2011 Sharon ġiet onorata wkoll bl-Għarb Cultural Award.

Sharon Calleja u Andrei Grech f’Rubini

Nawguraw lil Sharon l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.