Awguri Richard!

Jiċċelebra għeluq sninu l-kantant u mużiċist Richard Micallef, magħruf ukoll bħala Richard Edward. Illum jagħlaq 38 sena. Twieled bal-lum il-21 ta’ Awwissu tal-1982.

Richard hu iben il-kantant Joe George magħruf għall-kanzunetta Il-Kuġin Ġiljan. Lil Richard rajnieh ma’ ħutu bħala l-grupp Firelight fil-Eurovision tal-2014 bil-kanzunetta Coming Home.

Qabel il-grupp Firelight, lil Richard niftakruh ukoll ma’ ħutu Michelle u Wayne fil-grupp The Mics li ħadu sehem fil-Malta Eurosong tal-2003 b’Take Me Back u fl-2005 b’It’s Up To You. Richard għandu ħuh ieħor, Daniel.

Fl-2007 Richard ittanta xortih fl-X Factor UK u wasal sal-fażi tal-bootcamp. Fl-2010, imbagħad, beda karriera bħala solista, u kklassifika fit-tieni post tal-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Finally.

Fl-2017 rajna lil Richard mill-Ġdid fil-Malta Eurosong bil-kanzunetta You u sena wara fi dwett ma’ missieru permezz ta’ Song for Dad.

Richard huwa miżżewweġ lil Raisa u għandhom żewġt ulied, Benjamin, li twieled fl-2018, u Ella, li twieled f’Jannar li għadda.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Richard f’għeluq sninu.