Awguri Renzo!

Renzo Bonello

Għall-attur Renzo Bonello llum hija ġurnata speċjali għax jiċċelebra għeluq sninu. L-attur twieled bħal-lum it-8 ta’ Jannar tal-1962. Illum qed jiċċelebra għeluq id-59 sena.

Renzo hu attur tal-palk u t-televiżjoni. Ħadem f’numru kbir ta’ produzzjonijiet teatrali, uħud minnhom b’rabta mal-Ġimgħa l-Kbira, u oħrajn f’partijiet komiċi. Huwa dderieġa wkoll numru ta’ produzzjonijiet teatrali.

Renzo ħadem ukoll f’sensiliet bħal Qegħdin Sew, L-Avukat Gawdenz Bilocca u Midinbin. Bħalissa qed jidher fis-sensiela Division 7 li se tkun lura fuq l-istazzjon One għall-aħħar kapitlu mill-20 ta’ Jannar.

Permezz ta’ Division 7 Renzo rritorna fuq it-televiżjoni wara nuqqas ta’ kważi 12-il sena.

Renzo hu miżżewweġ lil Lorraine u għandhom żewġt ulied, Emerson u Roxanne. Renzo u martu huma wkoll nanniet.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.