Awguri Pawl!

Jiċċelebra għeluq sninu l-attur Paul Caruana li bla dubju huwa magħruf għall-interpretazzjoni tal-karattri simpatiku tan-Nannu Ninu fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa li bħalissa qed terġa’ tixxandar fuq TVM. Paul illum jiċċelebra għeluq id-59 sena tiegħu. Twieled bħal-lum, il-15 ta’ Settembru tal-1961.

Apparti s-sensiela Iċ-Ċaqqufa lil Paul rajnieha f’diversi produzzjonijiet teatrali u anki f’partijiet f’sensiliet bħal F’Salib It-Toroq, Pupi, Santa Monika, Solitaire, L-Ispettur Lowell, Sal-Quċċata, Simpatiċi u Ipokriti.

Paul Caruana u Lara Azzopardi f’xena minn Iċ-Ċaqqufa

Paul huwa miżżewweġ lill-attriċi Vivienne Caruana, protagonista ta’ bosta sensiliet popolari.

Paul u Vivienne Caruana fil-jum tat-tieġ tagħhom

Nawguraw lil Paul l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.