Awguri Norma

Norma Saliba

Ix-xandara Norma Saliba illum qed tiċċelebra għeluq id-39 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum, it-28 ta’ April 1981. Lil Norma ilna ftit ma narawha tippreżenta xi programm jew taqra l-aħbarijiet għax illum il-ġurnata taħdem bħala Public Relations Executive mal-Uffiċju tal-President ta’ Malta.

Norma hija bint il-ġurnalist sportiv Mario Saliba u bdiet fil-qasam tat-televiżjoni f’Ġunju tal-1997 meta kienet tagħmel parti minn tim taż-żgħażagħ mmexxi minn Ray Azzaoprdi fuq l-istazzjon Super One. Fl-istess sena bdiet tagħmel l-intervisti waqr il-programm sportiv Panorama Sport.

Kompliet b’għadd ta’ programmi bħal Għidli Xi Jmiss, L-Argument, Super Sprint , Super Sport u kienet tagħmel l-aħbarijiet sportivi waqt Sibtijiet Flimkien.

Meta ngħaqdet mal-istazzjon nazzjonali PBS, Norma kienet involuta f’numru kbir ta’ programmi li fl-aħħar snin kienu jinkludu Insights u TVAM. Dan apparti li konna narawha taqra b’mod regolari l-aħbarijiet.

Norma hija miżżewġa lill-ġurnalist Manwel Micallef u għandhom tifel, Matyas.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.