Awguri Nathalie!

Nathalie Micallef ma' żewġha Mario

L-isbaħ xewqat lill-attriċi Nathalie Micallef li llum qed tiċċelebra għeluq il-71 sena tagħha. L-attriċi, miżżewġa lill-attur Mario Micallef, twieldet bħal-lum, it-22 ta’ Lulju tal-1949.

Nathalie nèe Bonnici bdiet il-karriera tagħha fuq ir-Redifussion u meta f’Malta beda x-xandir bit-televiżjoni fl-1962 kienet tieħu sehem fil-programmi tat-tfal li kienu ferm popolari f’dak iż-żmien.

Lil Nathalie rajnieha dan l-aħħar fir-repetizzjoni tas-sensiela Triq Waħda iżda matul is-snin ħadmet f’numru kbir ta’ produzzjonijiet televiżivi bħal Fredu l-Fra, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, KC, Dejjem Tiegħek Becky, Iċ-Ċaqqufa, Il-Bajjad tal-Kuluri u Il-Ġardinar u l-Fjuri.

Natahlie kienet ukoll rebħet l-unur tal-Aqwa Attriċi fil-Golden Knight Film Festival għas-sehem tagħha fil-film The Man in White.

Ħadmet f’numru kbir ta’ produzzjonijiet teatrali fosthom F’Baħar Wieħed, L-Onorevoli tar-Raħal, L-Impotenti, L-Imġarrab, Qabel Tiftaħ l-Inkjesta, Romeo u Ġuljetta u L-Imqarba Immansata.

Nathalie u Mario huma ġenituri ta’ tnejn, kif ukoll nanniet.

Awguri mill-qalb lill-ghaziza marti Nathalie f'gheluq snienek

Posted by Mario Micallef on Wednesday, July 22, 2020

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.