Awguri Morena

Il-kantanta Għawdxija Morena llum qed tiċċelebra għeluq is-36 sena tagħha.

Twieldet bħal-lum fl-1986. Isimha propju huwa Margaret Camilleri u hija mis-Sannat. F’Ottubru tal-2017 iżżewġet lil Brian Curmi.

Morena hija omm ta’ żewġt ulied, Zac u Estelle.

Kien fl-2006 li Morena daħlet għall-Malta Song for Europe flimkien ma’ Paul Giordimaina bil-kanzunetta Time. Biha kklassifikaw fid-disà post.

Sentejn wara Morena reġgħet daħlet għal dan il-konkors b’żewġ kanzunetti Casanova u Vodka.

Casanova ġiet fil-ħames post u Vodka rebħet il-konkors. B’hekk irrappreżentat lil Malta fit-tieni semifinali tal-Eurovision tal-2008.

Kienet ukoll ippreżentat fuq it-televiżjoni u fl-2018 rajnieha bħala waħda mill-kantanti li taw is-sehem tagħhom fuq Ħelu Bambin. Hija interpretat Milied Ħieni.

Awguri Morena!