Awguri Mireille

Awguri lil Mireille Bonello li llum qed tiċċelebra għeluq id-39 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-2 ta’ Marzu tal-1981. Bdiet il-karriera tagħha bħala mudella u wara bdiet tippreżenta wkoll fuq it-televiżjoni bi programm fuq l-istazzjonijiet TVM, One u Net.

Illum il-ġurnata tmexxi n-negozju tagħha tal-moda iżda wkoll tippreżenta programmi fuq it-televiżjoni u avvenimenti.

F’dawn l-aħħar snin fil-fatt rajnieha twassal programme bħal Minn Festa Għall-Oħra, The Newly Weds, il-Malta Music Awards, il-Miss World Malta u l-Malta Song for Europe.

Mireille Bonello ma’ Joseph Chetcuti u Charles Saliba waqt ix-xandira tal-festa ta’ San Pawl mill-Belt valletta fi Frar 2020