Awguri minn Malta lil Biden

REUTERS/Kevin Lamarque/File Photo

Il-President ta’ Malta feraħ lil Joe Biden għar-rebħa tal-elezzjoni tal-presidenza Amerikana. F’kitba fuq Twitter il-President George Vella feraħ lil Biden għar-rebħa tiegħu kif ukoll lil Kamala Harris li se tkun l-ewwel Viċi-President mara fl-Amerka.

Huwa qal li jinsab ħerqan biex jara r-relazzjoni bejn Malta u l-Istati Uniti tal-Amerka tkompli tissaħħaħ kemm fuq livell bilaterali kif ukoll f’dak multilaterali sabiex jingħelbu l-isfidi globali komuni.

Il-Prim Ministru Robert Abela f’kitba fuq Twitter feraħ lil Joe Biden għar-rebħa li għamel f’dawn l-elezzjonijiet. Abela feraħ ukoll lil Kamala Harris għar-rebħa tagħha f’dawn l-elezzjonijiet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f’kitba fuq Facebook feraħ lill-President Elett Joe Biden għal din ir-rebħa.  Huwa feraħ ukoll lill-Kamala Harris għar-rebħa tagħha. Żied li dan huwa riżultat tajjeb li ħadem biex jipprijoritizza l-valur tal-persuni fil-politika.

Congratulations to Joe Biden on his election as President of the United States of America and Kamala Harris as new Vice…

Posted by Bernard Grech on Saturday, 7 November 2020

Aktar kmieni llum l-aġenzija tal-aħbarijiet barranija Associated Press ħabbret li ġie elett il-president tal-Amerka. L-aġenzija tal-aħbarijiet ħabbret li Joe Biden rebaħ l-istat ta’ Pennsylvania, li permezz tiegħu laħaq 284 voti elettorali, u għalhekk laħaq il-kwota ta’ 270 vot.