Awguri Mary Rose

Illum qed tiċċelebra għeluq it-68 sena tagħha Mary Rose Vella Haber li ħafna żgur jafuha bħala Yvonne fis-soap opera Maltija Ħbieb u Għedewwa. Hija twieldet bħal-lum is-17 ta’ April tal-1952.

Mary Rose hi miżżewwġa lil Dr Michael Vella Haber u għandhom tlett ulied, Sarah, Miguel u Amy.

Mary Rose għalkemm ma tantx narawha fuq it-televiżjoni, hija attiva ferm minn wara ‘l kwinti b’sehem kontinwu f’sensiliet ta’ drama bħal F’Ġieħ L-Imħabba, Sorelle, Żafira, Manwela, D.R.E.A.M.S. u Ċirkostanzi.

1964: Mary Rose nèe Darmanin

Però Mary Rose nèe Darmanin kienet ukoll tkanta u saħansitra fl-1964 kienet ikkassifikat fir-raba’ post fl-edizzjoni ta’ dik is-sena taż-Zecchino D’Oro.

Awguri Mary Rose!