Awguri Manuel!

L-isbaħ xewqat lill-attur Manuel Cauchi li llum qed jiċċelebra għeluq is-66 sena tiegħu. Twieled f’Melbourne fl-Awstralja bħal-lum it-23 ta’ Lulju tal-1954.

Manuel beda jgħallem fis-Snin 70 u fl-1978 beda jsegwi kors ta’ sentejn mal-Manoel Theatre Academy of Dramatic Arts. Bejn l-1982 u l-1984 segwi kors mal-Piccolo Teatro di Milano.

Minbarra n-numru kbir ta’ produzzjoni teatrali u televiżivi f’Malta, Manuel Cauchi ħadem ukoll f’għadd ta’ produzzjonijiet barrannin, fejn ukoll kellu xeni fejn deher jitkellem.

Ħadem ukoll fil-film Malti L-Iskorpun li ħareġ fl-2011.

Fost il-produzzjonijiet barrannin li deher fihom insibu sensiliet bħal I Medici, Helen of Troy, The Dovekeepers, Caeser, Roman Musteries, Familie u Sinbad kif ukoll films għat-televiżjoni u ċ-ċinema bħal 6 Passi nel Giallo: Guardia del Corpo, Troy, When Pigs Have Wings, The Lost Treasure of the Knights Templar III: The Mystery of the Snake Crown, 13 Hours, Paul Apostle of Christ u Agora.

Manuel Cauchi f’xena minn Agora

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.