Awguri Mandy


Kien bħal-lum fl-1972 li Mandy Micallef Grimaud twieldet u proprju llum qed tiċċelebra għeluq it-48 sena tagħha. Hija mart Peppi Azzopardi u ta’ kuljum narawha fis-sensiela Sorelle li Rewind Productions jippreżentaw fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm. Konna narawha wkoll fi Ħbieb u Għedewwa li tagħha jonqos l-aħħar ftit puntati sakemm tagħlaq l-istorja.

Mandy hija magħrufa wkoll ghal bosta kollegamenti li għamlet tul is-snin waqt Xarabank u anki dwar l-aġġornamenti dwar il-Eurovision. Però l-karriera tagħha bdiet bosta snin ilu meta fl-età ta’ 9 snin kiemnet dehret fil-programm Teleduk ma’ Charles Xuereb.

Lil Mandy rajnieha wkoll fil-film L-Għoġol tad-Deheb.

Hi u Peppi għandhom tifel, Xandru.

Awguri Mandy!