Awguri Malcolm u Elizabeth

Il-11 u 12 ta’ Lulju huma ġranet sinifikativi u importanti għall-atturi Malcolm Ellul u Elizabeth Ellul Hawes. Dan għaliex dawn iż-żewġ atturi, li huma miżżewġa lil xulxin, jiċċelebraw għeluq sninhom.

Malcolm Ellul f’xena minn F’Ġieħ L-Imħabba

Malcolm Ellul, li bħalissa qed narawh fis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba, ilbieraħ is-Sibt 11 ta’ Lulju ċċelebra għeluq il-45 sena tiegħu. Huwa twieled nhar il-11 ta’ Lulju tal-1975.

Fost is-sensiliet li rajnieh fihom insibu Solitaire (2005), Tgħanniqa (2007), Kristu Tal-Kerrejja (2008), Miriana Coljerò (2008), Dejjem Tiegħek Becky (2008), FIVE06 (2009), L-Evanġelisti (2009/10), F’Salib it-Toroq (2009/10/11), Deċeduti (2011), La Famiglia (2011), Atlantis (2012), Eklissi (2012), Klassi Ghalina (2013), Prima Facie (2013) u Katrina (2013).

Lil Elizabeth Ellul Hawes bħalissa qed narawha bħala Benna fir-repetizzjoni ta; Iċ-Ċaqqufa, kif ukoll rahnieha fis-sensiela Fattigi. Proprju llum qed tiċċelebra għeluq l-44 sena tagħha. Twieldet fit-12 ta’ Lulju tal-1976.

Fuq it-televiżjoni rajneiha f’sensiliet bħal Simpatiċi, Eklissi u L-Għarusa kif ukoll kienet l-istunt double ta’ Ali Hillis fil-film Open Water 2: Adrift, kif ukoll l-istunt double ta’ Rachel Weisz fil-film Agora. Ħadmet ukoll f’diversi produzzjonijiet maħduma f’Malta bħal Game of Thrones, Sinbad, Come un Delfino, Napoleon, Harbour of Hope u WWZ.

Il-koppja Ellul għandhom tlett ulied, Kim, Natham u Liam.

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’għeluq sninhom.