Awguri Ludwig!

Ludwig Galea. Ritratt: Vincienne Bezzina

Awguri lill-kantant Ludwig Galea li llum qed iċċelebra għeluq it-43 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum is-26 ta’ Novembru tal-1977.

Huwa rċieva l-ewwel taħriġ mużikali u vokali taħt zijuh, l-eks Maestro Di Cappella tal-Katidral ta’ San Ġwann Rev. Alberto Borg OSA.

L-ewwel dehra tiegħu bħala kantant solista waslet fis-sena 2000 permezz ta’ Fresh – Festival għaż-Żgħażagħ fejn ikklassifika fit-tielet post bil-kanzunetta All You Ever Need li hu stess ikkompona.

Wara li kien backing vocalist fil-festivals lokali, Ludwig ħa sehem fil-musica Diana: Queen of Hearts ta’ Joe Brown u Joe Julian Farrugia.

Huwa ħa sehem f’diversi okkażjonijiet f’avvenimenti barra minn Malta fosthom fil-Eurovision Song Contest tal-2004 bil-kanzunetta On Again… Off Again flimkien ma’ Julie Zahra.

Ludwig ilu mill-2014 miżżewweġ lil Sarah Aquilina. Huwa għandhom żewġt ulied, Kristina u Benjamin.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Ludwig f’għeluq sninu.