Awguri Louise

L-attriċi Louise Cassar illum qed tiċċelebra għeluq id-69 sena. Twieldet bħal-lum id-29 ta’ Diċembru tal-1951.

Lil Louise nafuha l-aktar bħala Doris fis-sensiela Santa Monika, karattru li hija interpretata sa mill-ewwel staġun fl-2005 sat-tmiem is-sensiela fl-2018.

Louise bdiet il-karriera tagħha bosta snin ilu mal-M.T.A.D.A. u ma’ Atturi Theatre Group. Waqfet tirreċta għal bosta snin meta żżewġet u kompliet bil-karriera bosta snin wara. Minbarra Santa Monika, Louise ħadet sehem f’sensiliet oħra bħal Il-Misteru tan-Nannu Ton u Tereża. Kellha wkoll partijiet f’Qalb In-Nies u Kuġini.

Fuq ir-radju kienet ukoll tat is-sehem tagħha f’Id-Dar tas-Soru meta kien sar fuq ir-Redifussion.

Louise (née Cuschieri) iżżewġet lil Simon Cassar nhar il-25 ta’ Mejju tal-1980. Għandhom tlett ulied, il-kantant tal-opri Louis Andrew u t-tewmin Karl u Josef. Dawn it-tnejn ukoll mxew fuq il-passi ta’ ommhom u ħadu sehem f’diversi produzzjonijiet teatrali u mużikali.

Louise u Simon huma wkoll nanniet ta’ tlieta.

Santa Monika
Louise Cassar mal-cast oriġinali ta’ Santa Monika

Nawguraw lil Louise l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.