Awguri lill-attriċi Kim Dalli li llum qed tiċċelebra għeluq it-30 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-2 ta’ Awwissu tal-1990.
Lil Kim bħalissa qed narawha bħala Liz fir-repetizzjoni tat-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa. L-aħħar tlett puntati se jkunu qed jixxandru fuq TVM fit-8, fil-15 u t-22 ta’ Settembru.
Kim bdiet tirreċta fl-2008 permezz tal-karattru ta’ Helena fis-sensiela Evanġelisti, parti li wasslitha biex tirbaħ il-Malta Television Award għall-Aħjar Atttriċi.
Wara dehret f’numru ta’ sensiliet oħra bħal Deċeduti, Anġli – Kapitlu Ġdid u Strada Stretta, kif ukoll produzzjonijiet teatrali bħal Ħabbilni Ħa Nirbaħ, Hamlet, Sinderella, Rajtha Fejsbuk, Rinoċeronti u Raymond Fight Beck.
Fl-2018 Kim ippreżentat it-42 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li kien ittella’ fi Pjazza Teatru Rjal.
Fl-2018, Kim iżżewġet lill-attur Daniel Azzoaprdi, li wkoll narawh fis-sensiela L-Għarusa, u li proprju fil-jiem li għaddew laħaq Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv.
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.