Il-kantant Kevin Paul Calleja qed jiċċelebra għeluq is-26 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-7 ta’ Jannar tal-1995.
Kevin Paul kien jattendi l-iskola ta’ Sant’Agata fir-Rabat u kein imħeġġeġ biex jaqbad il-mużika minn Patri Karm Debattista. Kevin Paul għall-ewwel kien jirreżisti minkejja li fil-familja diġà kien hemm żewġ mużiċisti oħra, ħuħ Kurt u zijuh William Mangion.
Minbarra li jkanta Kevin Paul ħadem ukoll f’diversi pantomimi ta’ Pawlu Testa.
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.