Awguri Karl

Ritratt: Facebook/KarlBonaci

Il-preżentatur Karl Bonaci llum qiegħed jiċċelebra għeluq id-49 sena tiegħu. Twieled bħal-lum, it-28 ta’ Marzu, tal-1971.

Għalkemm Karl illum il-ġurnata hu assoċjat mal-istazzjon F Living, fis-snin l-imgħoddija huwa kien ippreżenta programmi fuq TVM, Net u Super One.

Karl huwa wieħed minn ħames ulied ta’ Charlie u Doris. Wieħed minn ħutu l-oħra huwa Hermann li flimkien għal xi żmien kienu jiffurmaw il-kumpanija Bonaci Bros. li kienet ipproduċiet is-soap opera ta’ suċċess Ipokriti. Ħutu l-oħra huma Croce, John u Charles.

Karl kien beda l-karriera tiegħu bħala attur u kellu wkoll il-kumpanija Drama Palk sakemm hu u Hermann iddeċidew li jingħaqdu flimkien u tellgħu il-produzzjoni mużikali Erbgħa għal Erbgħa.

Fl-1990 tellgħu Ipokriti fit-Teatru Manoel, Dak iż-żmien lanqas kien għaddielhom minn moħħhom li snin wara kellha tikseb suċċess daqstant kbir ġewwa pajjiżna.

Ipproduċew bosta produzzjonijiet teatrali u kunċerti mużikali.

Karl huwa miżżewweġ lil Romina u għandhom tifel, Jurgen.

Awguri Karl!