Awguri Karen!

karen magro

Ġurnata speċjali għall-attriċi Karen Magro li llum tiċċelebra għeluq is-56 sena tgaħha. Twieldet bħal-lum l-24 ta’ Ġuju tal-1964.

Fost l-aħħar dehriet tagħha fuq it-televiżjoni lil Karen rajnieh fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa u fis-sena l-ġdida se narawha fis-sensiela Nostalġija li se tixxandar fuq TVM. Bħalissa fuq l-istazzjon Melita More qed tidher fis-sensiela L-Ispettur Lowell.

Karen bdiet tinteressa ruħha fl-arti drammatika minn żmien l-iskola u kienet tieħu sehem f’bosta produzzonijiet. Għal xi żmien qatgħet u meta kellha madwar 26 sena bdiet tieħu wkoll kors mal-MTADA. Kien minn hemm li bdiet tieħu sehem fi produzzjonijiet tal-Maleth, Talenti u Teatru Menz.

Imbagħad bdew ġejjien l-opportunitajiet fuq it-televiżjoni fosthom fis-sensiliet Tlieta Kontra Tlieta u Delitti Maltin. Ippreżentat ukoll programmi fuq l-istazzjon One Radio u fuq l-istazzjon Max Plus.

Hbieb u Ghedewwa
Karen Magro ma’ uħud mill-atturi tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.