Awguri JP!

JP Xuereb. Ritratt: Reno Rapa

Awguri lill-attur JP Xuereb li llum qed jiċċelebra għeluq it-42 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-25 ta’ Awwissu tal-1978. JP ismu proprju huwa Jean Paul u bħalissa qed narawh jinterpreta lil Bert fis-sensiela L-Għarusa, li bħalissa qed issir repetizzjoni tal-episodji tat-tieni staġun kull nhar ta’ Tlieta fuq TVM. L-aħħar tlett puntati, kompletament ġodda, se jkunu qed jixxandru nhar it-8, il-15 u 22 ta’ Settembru.

Jean Paul (JP) kien ħa sehem f’diversi reklami pubbliċitarji u anke produzzjonijiet teatrali bl-ewwel waħda tkun Marcellino Pane e Vino meta kellu seba’ snin.

Jean Paul iddebutta bħala attur fuq it-televiżjoni permezz tas-sensiela Il-Klikka u aktar tard anki fil-film ta’ Il-Klikka.

Kien waqaf jirreċta biex imur għal sena f’Dubaj imma spiċċa biex għamel hemm 10 snin. Hemmhekk iltaqa’ mal-mara tiegħu, Serine, li hija ta’ nazzjonalità Belġjana / Lebaniża. Il-koppja Xuereb għandhom tlett ulied, Lana, Eva u Jad. JP u Serine ilhom miżżewġa għal dawn l-aħħar 11-il sena.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil JP f’għeluq sninu.