“Il-Kuġin Ġiljan” jagħlaq sninu

Joe George Micallef

Awguri lill-kantant Joe George Micallef li llum qed jiċċelebra għeluq l-74 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-20 ta’ Diċembru tal-1946.

Joe George huwa mir-Rabat u bla dubju jibqa’ assoċjat ma’ kanzunetti bħal Il-Kuġin Ġiljan, Malta Is Nice, Illum Jien Pensjonant u Agħtini Jdejk.

Joe u ibnu Richard kienu wkoll ħadu sehem bil-kanzunetta Song For Dad fl-edizzjoni tal-2017 tal-Malta Eurovision Song Contest.

Huwa kien beda l-karriera tiegħu fl-Awstralja fejn kien emigra ta’ età żgħira. Huwa miżżewweġ lil Diane Edwards u għandhom erba’ wlied, Richard, Wayne Daniel u Michelle. Illum Joe u Diane huma wkoll nanniet.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.