Awguri Jesmond!

Jesmond Kris Bugeja. Ritratt: DBA Entertainment

Jiċċelebra għeluq sninu l-attur Jesmond Kris Bugeja. Twieled bħal-lum it-8 ta’ Settembru tal-1965. Illum qed jiċċelebra għeluq il-55 sena tiegħu.

Lil Jesmond rajnieh f’bosta sensiliet televiżivi bħal Division 7, Is-Siġill tal-Qrar, Viġilante, Rubini, Il-Patt, F’Salib it-Toroq, Rifless u Riħ Isfel.

Jesmond hu miżżewweġ lil Vicky u għandhom tifel, Brandon.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.