Awguri Hermann

Ritratt: Facebook/HermannBonaci

Hermann Bonaci illum qed jiċċelebra għeluq il-54 sena tiegħu. Twieled bħal-lum it-23 ta’ April tal-1966. Huwa produttur ta’ bosta sensiliet, attur u anki imprenditur.

Lil Hermann rajnieh f’bosta produzzjonijiet televiżivi, iżda bla dubju li l-aktar żewġ sensiliet li jibqa’ assoċjat magħhom huma Ipokriti, li tibqa’ mniżżla fl-istorja tat-televiżjoni lokali bħala l-ewwel soap opera, kif ukoll is-sensiela Simpatiċi, li jgħaddi kemm jgħaddi żmien tibqa’ popolari mmens.

Hermann huwa iben Charlie u Doris u għandu 4 ħutu oħra, John, Croce, Charles, kif ukoll Karl, li flimkien ma’ dan tal-aħħar kien beda l-kumpanija Bonaci Bros li pproduċew Ipokriti.

Hermann huwa wkoll kantant u l-vuċi tiegħu kienet tinstema’ fit-tmiem tas-sensiela Ipokriti permezz ta’ Imħabba Projbita. Ħa sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu fejn il-kanzunetta li huwa interpreta, Għall-Erwieħ, ikklassifikat fir-4 post.

Bħala Hermann Bonaci Productions wassal għadd ta’ sensiliet popolari bħal Gideb u Mħabba, Imħabba Mill-Ġdid, Min Hu Bla Ħtija, Għall-Paċi u Għall-Mistrieħ, Sal-Quċċata, Ċellinu, Il-Prinċipal, Missjoni u Intriċċi.

Ipproduċa wkoll is-sensiela Għeruq li bħalissa qed terġa’ tixxandar nahr ta’ Sibt fuq l-istazzjon Xejk.

Hermann huwa miżżewweġ lil Antoinette. Huma għandhom tlett ulied, Stephanie, Christine u Maria. Grazzi għal STephanie, Hermann u Antoinette huma wkoll nanniet ta’ Elyse.

Awguri Hermann f’għeluq sninek!