Awguri Henry!

Awguri lill-attur Henry Zammit Cordina li llum qed jiċċelebra għeluq it-62 sena tiegħu. Twieled bħal-lum, is-16 ta’ Ġunju ta-1968. Henry huwa iben l-attriċi u preżentatriċi Josephine Zammit Cordina u Harry, kif ukoll jiġi n-neputi tal-attur Joe Zammit Cordina.

Lil Henry bħalissa narawh fis-sensiliet Ħbieb u Għedewwa kif ukoll It-Tmien Nota filwaqt li nistennew li naraw fl-aħħar puntati tas-sensiela L-Għarusa meta dawn jerġgħu jibdew jixxandaru. Huwa jaħdem ukoll f’Sorelle.

Matul is-snin Harry ħa sehem f’numru ta’ produzzjonijiet oħra lokali bħal La Farfalla, L-Għoġol tad-Deheb, Kristu fl-Iżbarra u Santa Monika però huwa ħa sehem f’numru kbir ta’ produzzjonijiet barrannin li nħadmu Malta. Dawn jinkludu Gladiator, Troy, Julius Caeser, The Count of Monte Cristo, Erik the Viking, Adormidera, il-film Ostaggi li kien parti mis-serje 6 Pass nel Giallo, Il Commissario Rex, Bulletproof u l-films The Obscure Life of the Grand Duke of Corsica u Agatha And The Curse Of Ishtar.

Henry ħa sehem ukoll fil-film lokali Ishtar u d-dokumentarju The Shipwreck of St Paul.

Henry huwa miżżewweġ lil Anna u għandu żewġ ulied, Keith u Mark.

Awguri.