Awguri Ġorġ!

Ġorġ Agius, magħruf bħala Ġorġ l-Għannej tal-Mulej illum qed jiċċelebra għeluq l-94 sena tiegħu. Twieled bħal-lum it-28 ta’ Lulju tal-1926.

Huwa magħruf ukoll bħala Ġorġ tal-Mużew. Huwa wieħed minn disa’ wlied ta’ Pawlu u Marija Agius. Qatt ma mar skola peress li minn età żgħira, meta missieru daħal it-Tarzna, huwa beda jbigħ il-ħaxix. Aktar tard Ġorġ kien beda jaħdem ix-Xatt.

Ġorġ ġibed is-simpatija u l-imħabba tal-Maltin hekk kif għal 65 sena sħaħ kien idur il-kuruturi tal-isptar u jfarraġ lill-pazjenti bit-taqbil spirtupront tiegħu. Hu jgħanni fuq kwalunkwè suġġetti.

Ġorġ Agius ġie rikonoxxut għal dak kollu li għħmel mal-morda permess ta’ diversi unuri fosthom il-Qadi tar-Repubblika kif ukoll il-Premju Nazzareno Vassallo.

Fl-2017, saret ukoll taħdita ta’ natura lingwistika dwar it-taqbiliet tiegħu, bħala parti mis-serje tat-Tradizzjoni Orali, organizzat mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta.

Premju Nazzareno Vassallo

Fl-2017 tnieda wkoll ktieb dwaru bħala parti msi-sensiela ta’ kotba bl-isem ta’ Maltin.

Ad multos annos.