Awguri Eċċellenza!

Tiċċelebra għeluq is-62 tagħha l-Eċċellenza Tagħha il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca. Hija twieldet bħal-lum is-7 ta’ Diċembru tal-1958. Hija serviet bħala d-9 President tar-Repubblika ta’ Malta bejn l-2014 u l-2019.

Illum il-ġurnata, Coleiro Preca hija l-President tal-Eurochild, organizzazzjoni internazzjonali li taħdem mat-tfal u għat-tfal. Għal numru ta’ snin hija serviet bħala Membru Parlamentari. Kienet ukoll il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali bejn l-2013 u l-2014.

Marie-Louise Coleiro Preca hija omm ta’ waħda u mill-2007 ilha miżżewġa lil Edward Preca.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.