Awguri! Din il-preżentatriċi u kantanta llum tagħlaq 58 sena

Awguri lil Marbeck Spiteri li llum qed tiċċelebra għeluq it-58 sena tagħha. Hija twieldet fil-Ħamrun bħal-lum fl-14 ta’ Mejju tal-1962.

Bdiet il-karriera ta’ 7 snin fuq inizjattiva tas-sinjura Carmen Degiorgio li dak iż-żmien kienet ġirien tal-familja Spiteri. L-ewwel festival li ħadet sehem fih kien iż-Zecchino D’Oro li kien sar fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Hi ġiet fit-tielet post bil-kanzunetta Extra Musicale.

Sena wara ħadet sehem fil-festival Stella d’Oro fi Sqallija fejn ġiet fit-tieni post bil-kanzunetta Il Gatto e il Topolino. Kienet titlea’ b’mod regolari għal dan il-festival kif ukoll għal ieħor bl-isem ta’ Stella di Bethlehemme, li rebħet darbtejn.

Marbeck kienet ukoll bdiet tippreżenta ma’ Hector Bruno u David Azzopardi l-programm TV Studio, kif ukoll kellha programmi fuq ir-Redifussion u kienet attiva ferm fuq il-palk.

Bħala attriċi fuq it-televiżjoni f’sensiliet bħal Dejjem Tiegħek Becky u Santa Monika.

Marbeck hija miżżewġa lil Robert Galea u hija omm ta’ tnejn, Keith u Mark. Hija wkoll iz-zija tal-kantanta Maria Spiteri.

Marbeck tippreżenta programmi fuq l-istazzjon tar-radju Net FM kif ukoll ppreżentat bosta programmi televiżivi bħal Indifest u Life&Style fuq Net.

Awguri Marbeck!