Awguri Daniel!

L-isbaħ xewqat lill-attur Daniel Azzopardi li llum qed jiċċelebra għeluq l-34 sena tiegħu. Twieled bħal-lum it-8 ta’ Lulju tal-1986. Daniel hu miżżewweġ lill-attriċi Kim Dalli.

Bħalissa lil Daniel qed narawh fir-repetizzjonijiet tas-sensiela L-Għarusa li qed tixxandar nhar ta’ Tlieta fuq TVM, iżda nafuh ukoll f’sensiliet oħra ta’ suċċess bħal Strada Stretta, Deċeduti u Il-Klikka.

Daniel ħadem ukoll f’bosta produzzjonijiet teatrali fosthom The Twits ta’ Roald Dahl, The Room ta’ Harold Piter, Don Juan ta’ Molière, A Midsummer’s Night Dream ta’ Shakespeare, Romeo & Juliet ta’ Shakespeare, Rinoċeronti ta’ Ionescu u The Imaginary Invalid ta’ Molière.

Daniel azzopardi f’xena minn L-Għarusa

Awguri Daniel!