L-attur Clive Muscat u ommu jiċċelebraw għeluq sninhom fl-istess jum

Jifforma parti mill-grupp Avenue Sky u narawh ukoll fis-sensiela Sorelle. Illum Clive Muscat qed jiċċelebra għeluq id-29 sena tiegħu. Twieled bħal-lum, is-26 ta’ Marzu, fl-1991.

Iżda Clive ma jiċċelebrax dan il-jum waħdu għax fil-fatt illum jaħbat ukoll għeluq snin ommu Alexandra.

F’messaġġ li kiteb lil ommu Clive għamel wegħda li kif jgħaddi kollox se jkunu qed joħorġu jiċċelebraw għeluq sninhom flimkien.

Clive beda jitħarreġ fil-kant meta kellu tmien snin u sena wara beda wkoll jitħarreġ fiż-żfin. Kien fl-2001 li beda jirreċta. L-ewwel produzzjoni li ħa sehem fiha kienet il-musical Il-Ħotbi ta’ Notre Dame.

Minbarra s-sensiela Sorelle li tixxandar kuljum fuq TVM, lil Clive rajnieh ukoll f’bosta sensiliet oħra bħal Dejjem Tiegħek Becky, Shelly Rayner, Anġli, It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri, Għeruq, Katrina, kif ukoll Ħbieb u Għedewwa li mit-30 ta’ Marzu se terġa’ tibda tixxandar fuq l-istazzjon Melita More.

Clive huwa wkoll midħla tat-teatru u ħa sehem fi produzzjonijiet bħal Laurel & Hardy fil-Kastell ta’ Harry Potter, kif ukoll Aladdin u t-Tifla tal-Granmastru.

Apparti ma’ Avenue Sky, Clive huwa wkoll kantant solista li pparteċipa f’festivals bħal Fl-Għaqda l-Melodija, Konkors Kanzunetta Lwien L-Istilel, Singers and Artists Festival,  L-Għanja tal-Maltin, L-Għanja tal-Poplu, kif ukoll il-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Nawgurawlu f’għeluq sninu.