Awguri Claudia!

L-isbaħ xewqat lill-attriċi Claudia Mizzi li llum qed tiċċelebra għeluq id-29 sena tagħha, Twieldet bħal-lum l-4 ta’ Lulju tal-1991.

Lil Claudia nafuha f’diversi sensiliet fosthom interpretat il-parti ta’ Karla żagħżugħa fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa, u rajnieha wkoll fis-sensiela Santa Monika. Lil Claudia rajnieha wkoll fil-karattru ta’ Lisa fis-sensiela Libra, kif ukoll fis-soap opera ta’ kuljum, Tereża.

Claudia kienet ukoll ħadmet fis-sensiela Vittmi li bħalissa qed terġa’ tixxandar fuq l-istazzjon Net kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fl-10pm.

Ħadmet ukoll fit-tearu fosthom Festa tal-Qaddissin li ttellgħet fit-Teatru Manoel.

Fil-ħajja ta’ kuljum, Claudia atħdem fil-qasam soċjali.

Ad multos annos!