Awguri Claire

Ritratt: Robert Tabone

Illum qed tiċċelebra għeluq il-45 sena tagħha il-preżentatriċi u attriċi Claire Agius Ordway. Twieldet bħal-lum id-19 ta’ April tal-1975.

Bħala attriċi bħalissa qed narawha fir-repetizzjonijiet tal-ewwel staġun ta’ Santa Monika li jintwera fuq Net nhar ta’ Erbgħa.

Claire tippreżenta bosta programmi fosthom Taste & Travel, Dak Li Jgħodd u Lsien in-Nisa fuq l-istazzjon One.

Hi bdiet il-karriera tard fis-Snin 90 u kienet tippreżenta programmi bħal Chatroom u Minn Ġidd għal Ġidd u Ħajja.

Fost l-aktar proġetti ambizzjużi li ppreżentat niftakru wkoll il-programm Determinati dwar bosta atleti u l-kisbiet tagħhom.

Għal madwar 9 snin kienet tifforma wkoll parti minn Zoo u kienet tinterpreta bosta karattru fil-produzzjonijiet li huma kienu jtellgħu.

Claire hija miżżewġa lil Robert Tabone u għandhom 3 ulied, Matthew, Lya u Jack.

Nawgurawlha f’għeluq sninha.