Awguri Chris

Jiċċelebra għeluq sninu l-kantant Chris Grech. Illum huwa għalaq 38 sena. Twieled bħal-lum it-23 ta’ Awwissu tal-1982.

Chris jaf il-bidu tal-karriera tiegħu mal-grupp Twenty-Six Other Worlds iżda fl-2013 beda jikseb għarfien nazzjonali wara li ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Never Walk Away, li hu kiteb flimkien ma’ Matthew James Borg, David Cassar Torreggiani u Peter Borg.

Sena wara reġa’ ħa sehem fil-konkors ta’ Malta għall-Eurovision, din id-darba bil-kanzunetta Oblivion.

Fl-2015 imbagħad ħa sehem fil-Malta Eurovision fejn klassifika fir-raba’ post bil-kanzunetta Closed Doors.

Lil Chris konna rajnieh ukoll waqt X Factor Malta. Hu ħa sehem ukoll f’bosta musicals fosthom Jesus Christ Superstar u anki ħa sehem f’Rockestra.

Chris hu miżżewweġ lil Rodianne u għandhom tifel, Jack.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.