Awguri Charmaine!

Ġurnata speċjali għas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci li llum qed tiċċelebra għeluq il-54 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-22 ta’ Diċembru tal-1966.

Prof. Gauci gradwat bħala tabiba fl-1991. Hija kompliet l-istudji fejn kisbet Masters fis-Saħħa Pubblika. Wara dan hija kompliet bil-Programm Ewropew fit-Taħriġ Epidemjoloġiku fi Franza. Fl-2006, hija kisbet ukoll dottorat fl-epidemjoloġija.

Fl-2007, Prof Gauci okkupat il-pożizzjoni ta’ Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, kariga li damet fiha għal 9 snin. Tgħallem ukoll fl-Università ta’ Malta fil-qasam tas-saħħa pubblika b’mod partikolari fl-Epidemjoloġija, il-Mard li Jittieħed, il-Promozzjoni tas-Saħħa u Policy Development.

Għal erba’ snin bħala president tal-Malta Association of Public Health Medicine u titqies ukoll il-punt fokali għal diversi korpi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Dan l-aħħar Prof Gauci onorata bl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-grad ta’ Uffiċjal, waqt ċerimonja f’Jum ir-Repubblika, ippreseduta mill-President ta’ Malta George Vella.