Awguri Charles

Għall-attur Charles Sammut, illum ifisser għeluq it-52 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-14 ta’ Lulju tal-1968. Trabba f’Birkirkara u llum jgħix fil-Mellieħa.

Fost il-produzzjonijiet li huwa ħa sehem fihom insibu Blood Wedding, Ħitan, Cosi, Twelfth Night, King Lear, Dr. Fuastus, Don Quixote, The Master and the Margerita, Iż-Żjara, Id-Djarju ta’ Sara, One Flew Over the Cuckoo’s Nest, Dead Man Walking, u Antigone.

Huwa dderieġa wkoll diversi produzzjonijiet teatrali bħal Arloġġ għal Benjamin, The Wall, The Marriage of Figaro u L-Għalliema.

Għal bosta snin Charles kien ukoll jgħallem id-drama f’diversi skejjel, u saħansitra ħa sehem u dderieġa produzzjonijiet f’festivals teatrali fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Awstrija u fi Sqallija.

Rajnieh ukoll fi produzzjonijiet televiżivi bħal Għada Jisbaħ Ukoll, Delitti F’Malta, F’Salib It-Toroq, Anġli, Xhud, Iċ-Ċaqqufa, Santa Monika u Andrew & Sue.

Charles Sammut ma’ Roberta Magri, Carly Zarb u Mary Zarb fuq is-sett ta’ Santa Monika

Charles kellu wkoll parti fil-film Agora li kien inħadem f’Malta fl-2008.

Charles Sammut
flimkien ma’ Francis Ghersci, Michael Sciortino, Charles Thake, Joe Quattromani, Chris Dingli fuq is-sett ta’ Agora

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.