Awguri Antonella!

Antonella Vassallo

L-isbaħ xewqat lill-preżentatriċi Antonella Vassallo f’għeluq l-54 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-2 ta’ Novembru tal-1966.

Antonella twieldet Ħaż-Żebbuġ u ħasset ix-xejra artistika fl-iskola meta kienet tkanta waqt il-prize day. Fl-1986 ħarġet is-single Victim u fl-1990 kantat fis-Spring Friendship Art Festival li kien ittella’ fil-Korea ta’ Fuq. Ħadet sehem ukoll fil-festival L-Għanja tal-Poplu bid-dwett Tal-Ġenn Man! ma’ John Bundy. Wara bdiet il-karriera fuq ir-radju u t-televiżjoni.

Antonella kienet bdiet il-karriera ta’ preżentatriċi fuq l-istazzjon Smash u wara għaddiet għall-istazzjonijiet TVM, One u Net b’diversi programmi li jinkludu Filgħodu ma’ Antonella, Arena, Destinazzjoni Suċċess, Mil-Lum għal-Ħadd, Weekend, Kilo u Ħadd Wara Ħadd.

Bħala attriċi ħadmet fil-musical Bastilja, fil-film Sonia ta’ Elio Lombardi kif ukoll f’Anġli kif ukoll is-soap opera Ħbieb u Għedewwa.

Matul is-sena hija organizzat bosta kunċerti f’Malta kif ukoll il-festival Sanremo Junior.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.