Awguri Anna!

Ġurnata speċjali għall-attriċi Anna Cachia li llum qed tiċċelebra għeluq it-63 sena. Hija twieledet bħal-lum it-13 ta’ Settembru tal-1957.

Lil Anna Cachia niftakruha f’sensiliet bħal Aħna Aħna Jew M’Aħniex, Issa Naraw, Ġejna Koppji, Tlaqna!, Villa Sunset, Ipokriti, Sptar San Valentino, Miskin Mike u Dejjem Tiegħek Becky.

Hija ħadmet f’diversi produzzjonijiet barrannin li nħadmu f’pajjiżna fosthom By The Sea, The Da Vinci Code, Daniel Deronda, The Burning Shore, Swept Away, Christopher Columbus: The Discovery, Remmington Steele, Carabinieri, Alessio, Caeser, Final Justice, Daniel Deronda u Trenchcoat.

Anna ilha 42 sena miżżewġa lil Robert.

Anna Cachia u żewġha Robert kif jidhru f’Daniel Deronda (2002) tal-BBC.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.