Awguri Angie

Awguri lill-preżentatriċi Angie Laus li llum qed tiċċelebra għeluq l-45 sena tagħha Hija twieledet bħal lum, il-31 ta’ Marzu, tal-1975.

Bdiet il-karriera tagħha permezz taż-żfin u l-kant iżda snin wara waqfet minn dawn hekk kif it-televżjoni saret il-qofol tagħha fil-karriera tagħha.

L-ewwel programm li ppreżentat kien Ġenn fl-1998 flimkien ma’ Alfie Fabri, Valerie Vella, Natalie Attard u Brian James. Fl-2003 ippreżentat Hollywoops fuq l-istazzjon Net. Minn hemm imxiet għal Xarabank fejn kienet taħdem minn wara ‘l kwinti.

Ipproduċiet bosta programmi bħal The Search, Tikka, Fil-Pjazza tar-Raħal, u Kulħadd fi Pjazza. Imbagħad ippreżentat Pjazza umill-2007 bdiet tippreżenta l-programm Ħadd Għalik. Matul is-sajf tippreżenta ‘l programm Tough Luck.

Is-sena l-oħra hija marret fil-Malawi fejn għamlet xogħol  qalb il-foqra ta’ hemmhekk għall Missio.

Hija twieldet Gauci sakemm fl-1999 iżżewġet lil Duane Laus. Huma għandhom tifel, Mick.