Awguri Angele!

Angele Galea

Ġurnata speċjali għall-preżentatriċi tal-103 Angele Galea li llum qed tiċċelebra għeluq il-45 sena. Angele, li hija wkoll artista, pittriċi, pjanista u kittieba, twieldet bħal-lum it-28 ta’ Diċembru tal-1975.

Angele hija miżżewġa lill-attur u kittieb Malcolm Galea u għandhom żewġ ulied.

Fuq l-istazzjon 103 hija tippreżenta The Morning Show flimkien ma Arthur Caruana, Ian Busuttil Naudi u Jes Saliba.

Angele hija attivista tad-drittijiet tan-nisa u kitbet żewġ drammi dwar ix-xogħol tagħha: ‘Waħda Minnha’ (2019) dwar nisa Maltin li jkunu maqbudin f’ħajja ta’ prostituzzjoni u ‘Jumping Genes’ (2020) dwar riċerkatriċi nisa fil-qasam tax-xjenza.

Angele hija direttriċi tal-kumpanija teatrali More or Less Theatre li tispeċjaliżża f’teatru għat-tfal.

Bħalissa tidher ukoll fir-reċta virtwali ‘Apocalysmas’ flimkien ma’ żewġha Malcolm Galea u l-kumpanija teatrali tagħhom More or Less Theatre.