Awguri Andrea

Ritratt: Facebook/AndreaCassar

Tagħlaq sninha llum il-preżentatriċi ta’ Liquorish Andrea Cassar li qed tiċċelebra għeluq il-41 sena tagħha. Twieldet bħal-lum fl-1979.

Andrea, li narawha tippreżenta l-programm Liquorish nhar ta’ Tnejn fit-8.30pm fuq One, hija miżżewwġa lil Warren Brimmer u għandhom żewġt ulied, Isaac u Eve.

Andrea hija wkoll CEO ta’ kumpanija.

Apparti s-suċċess ta’ Liquorish, Andrea la dubju tibqa’ wkoll assoċjata mal-programm Bugz@Net li kienet tippreżenta għal bosta snin.

Awguri Andrea!