Awguri André

Andrè Penza. Ritratt: Chris Bajada

Awguri lill-attur André Penza li llum qed jiċċelebra għeluq il-41 sena tiegħu. Twieled bħal-lum id-19 ta’ Awwissu tal-1979.

Lil André rajnieh f’bosta produzzjoni teatrali ma’ Skene kif ukoll f’sensiliet televiżivi bħal Ħbieb u Għedewwa, Is-Salib tal-Fidda, Dejjem Tiegħek Becky, Ġiżelle, Ix-Xhud li Ma Deherx, Is-siġill tal-Qrar, Emilja, Katrina, u D.R.E.A.M.S.

Ħadem ukoll il-parti ewlenija f’Carmelo, film biografiku televiżiv dwar il-ħajja ta’ Carmelo Borg Pisani.

Mit-Tnejn 28 ta’ Settembru se nkomplu narawh fuq TVM fis-sensiela Sorelle, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Andrè hu miżżewweġ u huwa missier ta’ tnejn.

Andre Penza f’xena mill-film televiżiv Carmelo

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.