Awdjo: ‘Il-poplu għandu jkun jaf x’jaħsbu l-partiti dwar il-kaċċa’ – BirdLife

Lura f’nofs Jannar ta’ din is-sena, Birdlife Malta bagħtet kwestjonarju lill-kandidati kollha taż-żewġ partiti l-kbar. Madankollu, ħames kandidati biss irrispondew, erbgħa mill-Partit Laburista u wieħed mill-Partit Nazzjonalista.

B’hekk, il-bieraħ, membri minn Birdlife Malta marru huma direttament bil-kwestjonarji f’idhom biex jippreżentaw kopja lill-partiti. Id-direttur ta’ Birdlife Malta, Steve Micklewright, flimkien ma’ diversi membri minn Birdlife Malta, marru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u fid-Dar Ċentrali Nazzjonalista lebsin maskli tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat.

Christian Debono li tkellem ma’ dan l-istazzjon, spjegalna li dan il-kwestjonarju jistaqsi mistoqsijiet sempliċi dwar x’jaħsbu ż-żewġ partiti. Huwa stqarr magħna li l-poplu għandu dritt ikun jaf x’jgħidu ż-żewġ partiti dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-ambjent u l-kaċċa.

Finalment, Christian Debono qal li minkejja dak li qed jgħidu l-partit ewlenin, Malta għandha obligi u direttivi tal-Unjoni Ewropea li trid issegwi.