Fadal biss tliet ijiem mill-festival ŻiguŻajg, li ilu għaddej minn nhar it-Tnejn li għadda u li qed joffri programm ippakkjat b’attivitajiet diversi għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Fost l-attivitajiet li se jkunu għaddejjin bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej insibu: Żfin: Primo, Sync in Progress; Teatru: Il-Ħajt, Ħal Mitfa, Ir-Ritorn, The Zigzag Kid, Għajn-Eye-Three; Ħrejjef 3D u Multinauti-Pirati! Esperjenza awdjo-viżiva interattiva għat-tfal
Il-festival ŻiguŻajg jinsab fit-tielet edizzjoni tiegħu u jiġi organizzat miċ-Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Id-Direttur tal-festival, Toni Attard qal li t-trawwim tal-kultura fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħti aktar kulur lill-ħajja. “Pajjiż kreattiv, huwa pajjiż isbaħ”, isostni Toni Attard.
Tista’ tisma’ l-intervista sħiħa ma’ Toni Attard waqt il-programm F’Min qed taħseb? nhar il-Ħadd fl-10am fuq RTK. Preżentazzjoni ta’ George Cremona.
Ara l-programm sħiħ tal-attivitajiet hawn.