Awdjo: Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni

Il-Psikjatra Dr Mark Xuereb minn Crisis Resolution Malta spjega li “x-xogħol għall-crisis team minħabba l-imbierka elezzjoni kien kbir”.
Jispjega li tul l-aħħar kampanja elettorali ħafna nies spiċċaw imweġġa’ psikoloġikament minħabba tgħajjir fuq il-midja soċjali minn persuni rresponsabbli.
Meta tkellem waqt il-programm Follow Up fuq RTK fejn, Dr Xuereb emfasizza li n-nies mhumiex blat u li kulħadd irid ikun responsabbli għal dak li jpoġġi onlajn.
Ġibed l-attenzjoni li hi gidba li persuna tgħid li għandha dritt tikteb li trid, għax fl-istess waqt din għandha wkoll l-obbligi u ma tistax twaddab li trid.
Jekk għaddej minn tbatija u għandek ħsibijiet dwar suwiċidju ċempel lil Crisis Resolution Malta fuq 99339966. Issib professjonisti lesti biex jgħinuk 24 siegħa kuljum.