Awdjo: Żagħżugħ jew żagħżugħa u taħseb li għandek talent?

Jekk għadek ma skoprejtx it-talent tiegħek, jew taħseb li għandek talent u tixtieq titgħallem iktar kif tużah, il-proġett You’ve Got Talent hu għalik.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ Bernice Micallef mill-Moviment Kerŷgma, li qalet li permezz tal-proġett jixtiequ jgħinu liż-żgħażagħ ikomplu jikbru u jiżviluppaw it-talenti tagħhom.
Qalet li jixtiequ li żgħażagħ li għadhom ma jafux x’kapaċitajiet għandhom biex jissieħbu magħhom fl-attivitajiet u laqgħat li se jsiru.
Qed iffitxu wkoll żgħażagħ li għandhom kwalitajiet ta’ tmexxija, jew li huma lesti biex jitgħallmu jikbru u jaħdmu f’tim.
Kull minn jipparteċipa f’dan il-proġett jidħol fiċ-ċans li jirbaħ €1,000.
Żgħażagħ bejn 13 u 19-il sena jistgħu japplikaw sal 24 t’Ottubru minn fuq is-sit www.kerygma.org.mt.