Awdjo: Xita bil-possibiltà ta’ ragħad nhar il-Ħamis li ġej

Hu rrappurtat li x-xita mistennija taħkem il-gżejjer Maltin, nhar il-Ħamis li ġej, liema xita tista’ tkun bir-ragħad ukoll.

Kelliem minn maltaweathersite.com spjega ma’ Newsbook li arja aktar friska mill-Italja mistennija toqrob lejn il-gżejjer Maltin u minħabba li l-baħar u l-arja huma sħan, dan mistenni jwassal għall-ħalbiet tax-xita li jistgħu ikunu bir-ragħad.

Hu rrappurat ukoll li t-temperaturi, partikolarment fil-jiem tal-Erbgħa u l-Ħamis, mistennija jkunu xi ftit baxxi wkoll.

Ritratti: www.maltaweathersite.com