Bħal-lum fl-1964, ħareġ għall-wiri l-film tal-kumpanija Disney, Mary Poppins, b’Julie Andrews fil-parti prinċipali.
X’ġara fis-27 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?
Fl-1859, instab iż-żejt fir-raħal ta’ titusville, f’Pennsylvania l-Istati Uniti. Dan is-sit sar l-ewwel bir taż-żejt kummerċjali fid-dinja u beda l-proċess għad-dipendenza fuq din is-sustanza li għadha magħna sal-lum.
Fl-1956, bdiet tiġġenera l-elettriku l-ewwel power station nukleari fid-dinja – dik ta’ Calder Hall fl-Ingilterra.
Fl-1991, ħareġ għal bejgħ l-10 album ta’ Pearl Jam, li biegħ ‘il fuq minn 13-il miljun kopja, u wieħed mill-albums li jiddefenixxu l-istil grunge.
Illum:
- Il-festa ta’ Santa Monika
- Jum il-farfett il-lejl
- Jum l-Indipendenza tal-Moldova
- Għeluq snin id-disinjatur tal-moda Tom Ford
Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz ta’ 103